top of page

Il-Wiċċ Uman ta' Benedittu XVI


Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ April, fis-Sala tal-Konferenzi ĊAK ser issir serata bit-tema “Il-Wiċċ Uman ta’ Benedittu XVI.” Matul is-serata se jiġi mniedi il-ktieb “L-Aħħar Taħdit” ta’ Benedittu XVI ma’ Peter Seewald.

L-ebda ġurnalist ieħor ma qatt seħħlu jersaq daqshekk qrib il-Kardinal Ratzinger, bniedem ta’ influwenza kbira, li mbagħad sar Papa bl-isem ta’ Benedittu XVI, daqs Peter Seewald.

It-taħdit ta’ bejniethom li deher taħt it-titli "Salz der Erde, Gott und die Welt" u "Licht der Welt" kien bestseller. Fihom il-Papa jitħaddet ċar dwar liema qawwa għandha l-fidi u liema xogħol il-Knisja għandha tagħmel biex tkun tista’ tħabbar din il-fidi fil-ġejjieni.

F’“L-Aħħar Taħdit“ li l-Papa Benedittu kellu ma’ Peter Seewald, jitfa’ ħarsa lura lejn it-tmien snin tal-pontifikat tiegħu u lejn ħajtu. Qatt qabel il-Papa Benedittu ma kien tkellem b‘mod daqshekk personali dwar it-tifkiriet tiegħu tal-familja, tal-ħbieb importanti u fuq ġrajjiet li ffurmawlu ħajtu. Hu jfakkar bil-miftuħ il-marki l-aktar importanti tal-pontifikat tiegħu. Id-deċiżjoni tqila li jirreżenja mill-kariga tiegħu turih ħala Qaddej tal-Verità li jgħarbel ħsibijietu, li għamel xogħlu b’għarfien fl-għalqa tad-dwieli tal-Mulej, u li jagħti rendikont bl-umiltà fl-aħħar ta’ ħajtu.

Għal aktar informazzjoni dwar is-serata, għafas hawn.

Tag Cloud
bottom of page